IMUT ĠURNALIST PIJUNIER IEĦOR

Stqarrija għall-istampa 09/2012
Data: 11 ta’ April 2012

Il-mewt ta’ Colin Cauchi fl-eta’ ta’ 71 sena jumejn ilu..

Il-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) espima s-sogħba tiegħu għall-mewt tal-ġurnalist sportiv Colin Cauchi, li tħabbret jumejn ilu fl-eta’ ta’ 71 sena.

“Cauchi kien pijunier fil-qasam sportiv, sew bħala ġurnalist kif ukoll bħala amministratur bis-sehem tiegħu fit-twaqqif tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi kif ukoll bħala Viċi-President tal-Għaqda Kittieba Sports,” saħaq il-Kunsill tal-Istitut fi stqarrija għall-istampa maħruġa lbieraħ.

“Il-karriera sportiva tiegħu, li jingħad li baqa’ jinteressa ruħu fiha sal-aħħar ta’ ħajtu, kienet tinkludi għadd ta’ karigi prestiġġjużi, fosthom dik ta’ Segretarju tal-Bord Nazzjonali tal-Isports, President tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali, Segretarju tal-Federazzjoni tal-Futbol u rappreżentant ta’ din l-istess għaqda fil-Kunsill tal-MFA,” fakkar il-Kunsill tal-Istitut.

Minbarra xandar sportiv mar-”Rediffusion”, Radju Malta, Xandir Malta u Super One (illum ONE) Radio, Cauchi kien ukoll għal bosta snin il-Viċi-President tal-Għaqda Kittieba Sports (illum magħrufa bħala l-Għaqda Ġurnalisti Sports – Għ.Ġ.S.)
Cauchi kien ukoll kontributur regolari għal għexieren ta’ snin fuq il-gazzetti tal-Union Print, kemm fil-qasam sportiv kif ukoll bħala opinjonist.

Il-Kunsill tal-Istitut esprima l-kondoljanzi tiegħu għall-mewt ta’ Colin Cauchi lill-qraba tiegħu u uliedu,  fosthom id-Deputat Laburista Gino Cauchi.

Tmiem/

Advertisements