43 FINALISTA FIT-22 EDIZZJONI TAL-MALTA JOURNALISM AWARDS

Stqarrija Numru 08/2012
Data: 26 ta’ Marzu 2012

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ħabbar l-ismijiet tat-43 finalista li laħqu l-istadju finali minn fost id-69 participant li hadu sehem fil-kompetizzjoni ġurnalistika annwali tal-Malta Journalism Awards.
Din hi t-22 edizzjoni konsekuttiva li l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qed jorganizza. Matul is-snin, din il-kompetizzjoni kibret u llum għandha 16-il kategorija. Diversi istituzzjonijiet u kumpaniji ewlenin, sena wara l-ohra, jisponsorjaw il-Malta Journalism Awards. Fost dawn hemm l-HSBC Bank Malta p.l.c., l-Awtorità tax-Xandir, Vodafone Malta Limited, il-Fond għall-Kawżi Ġusti, SmartCity Malta, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, The Farsons Foundation, Malta International Airport p.l.c., il-kumpanija Middlesea Insurance p.l.c., il-linja ta’ l-ajru Emirates, il-kumpanija GreenPak u l-Familja Sammut.


Il-Ġurija ta’ din l-edizzjoni għażlet lil dawn il-finalisti mniżżlin hawn taħt f’ordni alfabetika.
Ġurnaliżmu Stampat – Aħbarijiet – sponsorjata mill-HSBC Bank Malta p.l.c.:

Peregin Christian
Sansone Kurt
Vella Victor

Ġurnaliżmu Stampat – Features – sponsorjat minn Vodafone Malta Ltd
Peregin Christian
Sansone Kurt
Vella Fiona

Ġurnaliżmu Fotografiku – sponsorjatat minn The Farsons Foundation
Borg Jonathan
Mirabelli Matthew
Zammit Lupi Darrin

Ġurnaliżmu marbut mal-Ivvjaġġar – sponsorjat minn Emirates Airline
Camilleri Josianne
CVC Media
Zammit Cutajar Paul

Ġurnaliżmu Mxandar – SkriptTeleviżiv – Aħbarijiet – sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
Demicoli Keith
Micallef Mario
Pisani Brandon

Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiziv – Features – sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
Borg Dione/Basement Productions
It-Tim ta’ Biografiji
Vella Gregory Simon

Ġurnaliżmu Mxandar – Filmat – sponsorjata mill-Awtorita tax-Xandir
CVC Media
It-Tim ta’ Xarabank
Zammit Cordina Mark

Ġurnaliżmu Mxandar – Radio – sponsorjata mill-Awtorità tax-Xandir
Azzopardi Andrew
Salamone Patricia
Zerafa Cynthia

Ġurnaliżmu Kulturali – sponsorjata mill-Awtorita Maltija tat-Turiżmu
Borg Dione
CVC Media
Galea Paul/Azzopardi Paul

Ġurnaliżmu Imxandar Sports – sponsorjata mill-Fond għall-Kawżi Ġusti
Bugeja Lino
Demicoli Keith
Micallef Christian/Micallef George

Ġurnaliżmu Stampat Sports – sponsorjata mill-Middlesea Insurance p.l.c.
Azzopardi Kevin
Farrugia Joseph
Sansone Kurt

Ġurnaliżmu Fotografiku Sports – sponsorjata mill-Malta International Airport p.l.c.
Mirabelli Matthew
Zammit Cutajar Paul
Zammit Lupi Darrin

e-Ġurnaliżmu – sponsorjata minn SmartCity Malta
Cassar Josanne
Zammit Jacques René

Artikli ta’ Opinjoni – sponorjata mill-Familja Sammut
Azzopardi Andrew
Spiteri Micheala
Zammit Jacques René

Ġurnaliżmu Ambjentali – sponsorjata mill-kumpanija Green Pak
Bugeja Lino
Deidun Alan

Importanti li wieħed ikun jaf li mhux bilfors ikun hemm rebbieħ f’kull kategorija, anki jekk f’xi kategorija partikulari jkun hemm finalist wieħed.

Il-Ġurija kkonkludiet li fil-kategorija l-ġdida Nippromovu d-Djalogu Inter-Kulturali sponsorjata mill-Proġett Media InterAct b’fondi mill-Unjoni Ewropea, l-ebda mis-seba’ sottomissjonijiet ma laħqet il-kriterji u r-regolamenti kif inhuma stabbiliti. Għaldaqstant il-ġurija kienet tal-parir li ebda minnhom ma seta’ jkun finalist, wisq iżjed li l-premju seta’ jingħata f’din il-kategorija.

Il-ġurija qed tħejji wkoll rapport dettaljat dwar is-sottomissjonijiet u l-livell ġurnalistiku tagħhom, li għandu jkun ippubblikat fil-jum tal-premjazzjoni fis-serata finali. Dakinhar jitħabbru wkoll l-ismijiet tal-membri li huma fuq il-ġurija għal din l-edizzjoni.

Kif sar fl-aħħar snin, is-sottomissjonijiet fil-kategoriji tal-Ġurnaliżmu Fotografiku, tal-Ġurnaliżmu Fotografiku Sportiv kif ukoll fil-kategorija tax-Xandir f’dak li hu filmat kienu analizzati minn ġurija separata.

Din is-sena ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni se ssir fil-5 ta’ Mejju, 2012.

Ir-rebbiħ tal-kategorija l-Lingwa Nazzjonali fil-Ġurnaliżmu jitħabbar fil-lejla tal-preżentazzjoni.
Fl-istess ċerimonja jitħabbar ukoll ir-rebbieħ tal-Gold Award, sponsorjata mill-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu. Dan l-unur jingħata lil persuna nominata li skond il-ġurija tkun marret lil hinn mir-rekwiżiti ta’ prattika normali fil-ġurnaliżmu tul il-karriera ġurnalistika taghħa. Il-Gold Award ilu jingħata mill-1998.

Tmiem/

Advertisements