Il-mewt ta’ Charles Grech Orr fl-eta’ ta’ 84 sena lbieraħ

Stqarrija ghall-istampa 04/2012
Data: 28 ta’ Jannar 2012

IMUT IEHOR MILL-FUNDATURI TAL-IĠM

Il-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) espima s-soghba tieghu ghall-mewt ta’ Charles Grech Orr, li thabbret ilbierah filghodu fl-Isptar Mater Dei fl-eta’ ta’ 84 sena.

“Grech Orr kien wiehed mill-g.urnalisti pijunieri li f’Novembru 1989 waqqfu The Malta Press Club (TMPC), li llum huwa maghruf bhala l-IG.M,” sahaq il-Kunsill tal-Istitut fi stqarrija ghall-istampa mahuga lbierah.

Huwa serva bhala Editur ta’ The Times ghal 25 sena shah bejn l-1965 u l-1990, u fl-2005 huwa rcieva l-Gold Award, li jinghata mill-IG.M lil dawk il-g.urnalisti li jkunu taw kontribut ghall-iz.vilupp tal-gurnalizmu f’Malta li jmur lilhinn minn rekwiziti ta’ prattika normali fil-gurnalizmu.

Il-Kunsill tal-Istitut esprima l-kondoljanzi tieghu ghall-mewt ta’ Grech Orr lil martu, Grace, u lit-tliet uliedu, Caroline, Marisa u Karl.

Tmiem/

Advertisements