AĠĠORNMAMENT TAL-KODIĊI TAL-ETIKA ĠURNALISTIKA

Stqarrija ghall-istampa 17/2011
Data: 14 ta’ Lulju 2011

Il-Kummissjoni dwar l-Etika Gurnalistika (KEG) bhalissa qed taggorna l-Kodici dwar l-Etika Gurnalistika sabiex dan ikun japplika sew ghall-gurnali kif ukoll ghax-xandir u l-mezzi elettronici.

Id-dokument huwa accessibbli hawn: Revising Code of Ethics – Draft.

Il-gurnalisti, kameramen, fotografi u gurnalisti freelance huma mistennija li jaghmlu s-suggermenti taghhom mill-aktar fis sabiex il-Kodici tal-Etika l-gdid jittejjeb.

Huwa importanti hafna li l-membri kollha tal-IGM jiflu l-Abbozz tal-Kodici tal-Etika Gurnalistika biex jkunu jistghu iressqu l-proposti taghhom.

Ser isiru zewg laqghat ghall-membri kollha tal-Istitut sabiex il-Kummisssjoni tkun tista’ tispjega l-Kodici tal-Etika kif emendat. Aktar dettalji ta’ dawn i z-zewg laqghat jithabbru aktar tard.

Ix-xoghol tal-KEG sar aktar vitali wara l-kazijiet ta’ imgiba mhux etika li twettqet minn xi gurnalisti u edituri fl-Ingliterra, li wasslet biex inghalqet l-aktar gazzetta popolari tal-Hadd kif ukoll it-tnedija ta’ inkjesta sew mill-Pulizija Ingliza kif ukoll mill-Gvern Ingliz.

Dan wassal biex ikun talba biex il-Gvern Ingliz jibda jirregola l-gurnalizmu hu. Ghalhekk l-IGM ser ikun qed isahhah il-Kodici tal-Etika tieghu u jaggornah ghac-cirkostanzi tal-lum.

Dawk kollha li jridu jressqu s-suggerimenti taghhom ghal bidliet fil-Kodici tal-Etika jistghu jaghmlu dan sa mhux aktar tard mit-8 ta’ Awwissu 2011 fuq l-indirizz imejl institute.of.maltese.journalists@gmail.com

Tmiem/

Advertisements