L-IĠM JIKKUDANNA ATTAKK FIŻIKU FUQ KRU TA’ THE TIMES

Stqarrija ghall-Istampa 16/2011

Data: 8 ta’ Lulju 2011

L-Istitut tal-Gurnalisti Maltin (IGM) ikkundanna attakk fiziku minn xufier tas-servizz il-gdid tal-karozza tal-linja fuq fotografu u gurnalist ta’ The Times waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

L-attakk sehh it-Tlieta li ghadda ghall-habta tal-12.15 pm waqt li l-fotografu ta’ The Times kien qed jiehu ritratti tal-venda tal-karozzi tal-linja tal-Belt Valletta akkumpanjat minn gurnalist.

Il-fotografu kien qed jiehu ritratti ta’ passiggieri li kienu qed jitlighu fuq il-karozza tal-linja min-naha tax-xufier.

Ghall-ewwel , ix-xufier hareg ilsienu u sew il-fotografu u l-gurnalist hasbu li kien qed jiccajta. Imma mbaghad ix-xufier hareg idu , qabad il-kamera min-naha tal-lenti u waddabha f’wicc il-fotografu.

Ix-xufier sahansitra hedded lill-fotografu ta’ The Times biex “Ma tihux l-ebda ritratt tieghi. “Ser ninzel u naqlaghlek ghajnejk barra”.
Imbaghad ix-xufier qam minn postu u pprova jinzel mill-karozza tal-linja imma ma setax ghax kienet imballlata bin-nies.

Il-Kunsill tal-IGM esprima “solidarjeta’ shiha mal-fotografu u l-gurnalist ta’ The Times li kienu attakkati waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
“B’dispjacir ninnnutaw li anki x-xufiera tas-servizz il-gdid tal-karozzi tal-linja ser ihallu fejn hallew ix-xufiera tas-servizz l-antik fl-atteggjament taghhom lejn il-gurnalisti u l-fotografi Maltin,” sahaq il-Kunsill tal-Istitut.

“Din huwa episodju iehor f’katalogu tal-misthija ta’ attakki fizici kontra gurnalisti, fotografi u kameramen matul l-ahhar snin waqt il-qadi ta’ dmirijiethom,” wissa l-Kunsill tal-IGM.

L-IGM appella lill-Korp tal-Pulizija biex jaghtu “protezzjoni xierqa lill-gurnalisti u fotografi li jkunu qed jirrapportaw sitwazzjonijet sensittivi bhal dawn.

“B’dispjacir ninnutaw li ma kien hemm l-ebda ufficjal tal-Pulizija fil-post tal-incident,” ilmenta l-Kunsill tal-IGM.

Il-Kunsill stieden lil Arriva Malta sabiex taghti “tahrig xieraq lix-xufiera taghha dwar kif jgibu ruhhom meta ffaccjati mill-‘media’ waqt il-qadi ta’ dmirijiethom”.

Tmiem/

Advertisements