Inawgurati uffiċċji ġodda tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin – L-MCAST se joffri kors li jwassal għal Diploma fil-Ġurnaliżmu

Stqarrija ghall-Istampa 19/2010

Data: 20 ta’ Dicembru 2010

Se jkun offrut kors li jwassal ghal Certifikat u ghal Diploma fil-Gurnalizmu. Il-kors, li se jsir fl-MCAST, se jsir fuq bazi part-time biex anki gurnalisti bi professjoni jkunu jistghu jattendu ghalih. Ic-certifikazzjoni li tinhareg se tkun validata mic-Centru Malti tal-Kwalifiki (MQC) u rikonoxxuta madwar l-Ewropa kollha.

Dan habbru s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsultazzjoni Pubblika Chris Said meta nhar it-Tnejn inawgura l-ufficcji l-godda tal-Istitut tal-Gurnalisti Maltin (IGM) li jinsabu fi Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta. Il-konferenza tal-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mic-Chairman tal-IGM Malcolm Naudi.Mix-xellug: Malcolm Naudi, l-Onor. Chris Said, Joe A.Vella

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li mill-1992 ‘l hawn, mindu x-xandir f’Malta kien liberalizzat, dawk impenjati fil-gurnalizmu f’pajjizna zdiedu bil-bosta.

Il-htiega li f’Malta jkun offrut kors li jwassal ghal certifikazzjoni fil-gurnalizmu ilha tinhass. Il-kors offrut mis-Centre for Communications Technology fl-Universita’ ta’ Malta ma jhejjix studenti biex isiru gurnalisti izda biex jahdmu fil-qasam tal-komunikazzjoni.

Chris Said fahhar lill-IGM li baqa’ jaghmel pressjoni sabiex din il-kwistjoni tkun indirizzata u s-Segretarjat Parlamentari tieghu, li hu responsabbli mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, dahal biex jappoggja din l-inizjattiva.

Il-kors tfassal bl-ghajnuna tal-Istitut ghat-Tahrig tal-Gurnalisti tal-Ingilterra u se jkun addattat ghall-htigijiet tal-istampa u x-xandir f’Malta. Dawk li jlestu l-kors u jiehdu d-Diploma jistghu jaghmlu sena studji zejda biex b’hekk jakkwistaw il-Bacellerat. F’pajjizna ghadu qatt ma kien offrut degree fil-Gurnalizmu.

Dwar l-ufficcji l-godda tal-IGM, is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li dawn se jiehdu post il-kwartieri l-antiki li kienu mislufa lill-IGM li jinsabu fi Triq Zekka. L-ufficcji l-godda jinsabu f’post aktar centrali u joffru l-facilitajiet mehtiega – ghal-laqghat tal-membri tal-IGM u wkoll ghal servizzi li regolarment jintalbu minn gurnalisti barranin li spiss ikunu Malta.

L-IGM, originarjament maghruf bhala The Malta Press Club, twaqqaf fl-1989. Din is-sena ghalaq 21 sena. Fost il-membri tieghu, l-IGM ghandu gurnalisti, fotografi, kontributuri, opinjonisti mill-ispectrum kollu tal-media lokali, gazzetti, stazzjonijiet tat-TV u tar-radju.

L-IGM hu rikonoxxut mill-Gvern tant li membri tieghu huma mahtura fuq bordijiet governattivi. Matul is-snin dan hadem bil-kbir u wassal biex saru zviluppi fil-ligi tal-istampa u biex inghataw drittijiet akbar lill-gurnalisti.

L-IGM hu membru shih tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Gurnalisti (IFJ), tal-Federazzjoni Ewropea tal-Gurnalisti (EFJ) u tal-Ghaqda tal-Gurnalisti tal-Mediterran u jippartecipa fil-laqghat ta’ dawn l-istituzzjonijiet.

Ic-Chairman tal-Istitut tal-Gurnalisti Maltin, Malcolm Naudi, wera l-apprezzament tieghu u tal-gurnalisti Maltin ghall-appogg shih li s-Segretarju Parlamentari Chris Said qed jaghti lill-IGM fil-hidma tieghu biex tissahhah il-professjoni tal-gurnalizmu f’Malta.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s