Il-Kummissjoni tniedi t-tieni Premju tas-Saħħa tal-UE għall-Ġurnalisti

Il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi t-tieni premju tas-sahha tal-UE ghall-gurnalisti ta’ artikli stampati u ta’ dawk onlajn. Il-premju huwa parti mill-kampanja ‘L-Ewropa ghall-Pazjenti’ li tnediet f’Settembru 2008. Hija ghandha l-ghan li tistimula u tippremja l-gurnalizmu ta’ kwalità gholja li jqajjem gharfien dwar kwistjonijiet fuq il-kura tas-sahha u d-drittijiet tal-pazjenti. Il-premju ta’ din is-sena jsegwi l-ewwel premju tas-sahha ghall-gurnalisti li kien gibed aktar minn 460 artiklu minn gurnalisti minn madwar l-Unjoni Ewropea kollha.

Il-gurnalisti huma mistiedna biex jissottomettu artikli ppubblikati f’pubblikazzjonijiet stampati jew dawk onlajn bejn is-16 ta’ Gunju 2009 u l-1 ta’ Lulju 2010 billi juzaw formola tal-applikazzjoni onlajn. Il-kompetizzjoni taghlaq f’nofsillejl tal-1 ta’ Lulju 2010.

Ir-rebbieha jintghazlu kif gej: f’kull pajjiz tal-UE, gurija nazzjonali maghmula minn gurnalisti u esperti tas-sahha pubblika, ippreseduta mill-Kummissjoni Ewropea, taghzel finalist nazzjonali wiehed. Gurija tal-UE mbaghad taghzel tliet rebbieha fil-livell tal-UE fost is-27 finalisti. Ladarba jkunu kkonfermati l-ismijiet tal-membri tal-gurija nazzjonali u tal-UE, huma jkunu disponibbli fuq il-websajt tal-Premju ta’ Gurnalisti.

Ir-rebbieha se jircievu premijiet fi flus b’€5,000 ghall-ewwel post, €3,000 ghat-tieni u €2,000 ghat-tielet. Il-finalisti nazzjonali kollha se jkunu mistiedna jmorru Brussell fil-harifa 2010 biex jiehdu sehem f’seminar tal-midja dwar kwistjonijiet tas-sahha tal-UE. Il-Premju tas-Sahha tal-UE ghall-gurnalisti tnieda ghall-ewwel darba fl-2009.
Ir-rebbieha tal-ewwel post tas-sena li ghaddiet kienet Estelle Saget (Franza) bl-artiklu intitolat “L-Iskizofrenija spjegata lill-familja u l-hbieb”, ippubblikat f’”L’Express”. Audre Srebaliene (Litwanja) rebhet it-tieni premju bl-artiklu taghha “Ohti fid-demm”, ippubblikat f’”Savaitinis zurnalas” u Emilia Chiscop (Rumanija) rebhet it-tielet premju bl-artiklu “Storja li tqanqal ta’ rieda u qlubija”, ippubblikat f’”Ziarul de Iasi”.
Il-premju tal-UE tas-sahha ghall-gurnalisti u l-kampanja l-Ewropa ghall-Pazjenti huma ffinanzjati taht it-Tieni Programm ta’ Sahha ghall-Komunità 2008-2013. Aktar dettalji dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet jinsabu fuq il-websajt.

Biex tissottometti artiklu u ssib aktar taghrif dwar il-Premju jekk joghgbok zur il-websajt tal-Premju tal-Gurnalist: http://ec.europa.eu/health-eu/journalist_prize/2010/index_en.htm

Ghal aktar informazzjoni dwar il-kampanja l-Ewropa ghall-Pazjenti:

http://ec.europa.eu/health-eu/europe_for_patients/index_da.htm

It-tieni Programm ta’ Sahha ghall-Komunità 2008-2013:

http://ec.europa.eu/health/programme/policy/index_en.ht

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s