L-IĠM iwaqqaf reġistru tal-blacklisted

IGM Newsflash 01/2010

Wara li evalwa d-diversi ilmenti li rcieva, l-Istitut tal-Gurnalisti Maltin ihoss li b’effett immedjat ghandu jwaqqaf Registru b’ismijiet ta’ individwi, kumpaniji jew stazzjonijiet li huma blacklisted.

L-ghan ta’ dan ir-Registru hu biex jissalvagwardja kemm lill-membri tieghu kif ukoll Djar tal-Pubblikazzjonijiet u Stazzjonijiet lokali milli jkomplu jingidmu minn individwi jew kumpaniji li ma jhallsux ghal servizzi u xoghlijiet li jkunu nghataw.

“Matul dawn l-ahhar xhur l-Istitut tal-Gurnalisti Maltin ircieva ghadd ta’ ilmenti dwar persuni fil-media li kienu ngannati f’dan is-sens. Uhud mix-xoghlijiet ta’ gurnalisti li sal-lum ghadhom ma thallsux jammontaw ghal eluf kbar ta’ ewro,” spjegat Julia Farrugia Deputat Chairperson tal-Istitut tal-Gurnalisti Maltin.

“S’issa rcevejna digà ilmenti kontra tliet individwi differenti li ma hallsux ghal xoghol li rcevew.”

Ghal dan il-ghan, l-IGM qed titlob biex minnufih dawk il-partijiet kollha li b’xi mod ingidmu minn skemi jew sitwazzjonijiet bhal dawn jaghmlu kuntatt mal-Istitut tal-Gurnalisti Maltin bid-dettalji kollha mehtiega fuq dan l-indirizz elettroniku: institute.of.maltese.journalists@gmail.com

Importanti li fl-email taghkom tipprovdu dan it-taghrif:

1. L-ammont li ghandkom tiehdu;

2. Minghand min;

3. X’tip ta’ xoghol ghamiltu u f’liema perjodu; u

4. X’passi hadtu s’issa u x’gara s’issa f’din it-tilwima.

L-IGM beda ezercizzju biex, f’kuntatti ghal tal-apposta mad-dirigenti tal-istazzjonijiet televizivi, tar-radju, gazzetti u Djar tal-Pubblikazzjonijiet, jingabru d-dettalji ta’ dawk li sal-lum ghandhom jaghtu flejjes kbar ghal progetti li saru.

L-IGM qed jintrabat li jtella’ dan ir-Registru fuq is-sit elettroniku tieghu.

Il-kazijiet kollha li jigu solvuti se jkollhom marka fil-genb li tindika li l-kaz kien solvut u meta.

B’dan il-mod gurnalist jew membru tal-IGM, qabel ma jidhol ghal progetti fix-xandir u l-istampar, ikollu stampa cara tax-xejriet passati u/jew prezent minn dawk il-persuni jew stazzjonijiet li qed joffrulhom ix-xoghol.

“Din hi sitwazzjoni li l-Istitut ma jittollerax. L-informazzjoni hi mezz qawwi kif nistghu nahdmu biex dan l-agir jieqaf darba ghal dejjem. Jekk kulhadd jikkopera, dawn l-affarijiet mill-ewwel nilqghu ghalihom,” qal Malcolm J. Naudi, chairman tal-IGM.

Il-persuni kollha li se jressqu l-ilmenti lill-IGM se jkunu marbuta li meta l-kaz jissolva u jkunu rcevew il-flus kollha dovuti jinfurmaw minnufih lill-Istitut tal-Gurnalisti Maltin.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s